INDIRIZZ

Università ta’ Milano-Biococa

Dipartiment tax-Xjenzi Umani għall-Edukazzjoni “R. Massa”

Pjazza tal-Ateneo Ġdid, 1

20126, Milan, l-Italja

Binja U6, 4 Sular

 
promehs.italy@gmail.com
  • Facebook Basic Black

© 2019 by Lab-PSE

Inqiegħdu s-saħħa mentali u is-saħħa soċjali u emozzjonali bħala prijorità ta’ żvilupp globali

fl-iskejjel.

Dwar PROMEHS

Is-saħħa mentali hija stat ta’ saħħa soċjali u emozzjonali fejn kull individwu jilħaq il-potenzjal tiegħu jew tagħha, ilaħħaq mal-isfidi normali tal-ħajja, jaħdem produttivament, u jkun kapaċi jikkontribwixxi lejn il-kommunità tiegħu jew tagħha (WHO, 2014). F’dawn l-aħħar ta’snin rajna żieda fil-problemi ta’ saħħa mentali fit-tfal. Madwar 20% ta’ tfal fl-iskejjel iġarrbu diffikultajiet ta’ saħħa mentali. Id-dipressjoni hija meqjusa bħala kwistjoni ewlenija ta’ saħħa globali fost l-adoloxxenti, is-suwiċidju huwa it-tielet l-ikbar kawża ta’ mewt fost l-adoloxxenti (WHO, 2015).

Nofs id-diffikultajiet ta’ saħħa mentali  jibdew minn qabel l-età ta’ 14 –il sena. Dan jenfasizza l-bżonn urġenti ta’ intervent bikri, fejn l-iskejjel jipprovdu l-opportunità tal-promozzjoni tas-saħħa mentali tal-istudenti minn età żgħira u f’perjodi vulnerabbli fl-iżvilupp tagħhom. L-iskejjel huma l-post ideali fejn nippromwovu s-saħħa mentali fost it-tfal u ż-żgħażagħ, opportunità biex nilħqu gruppi kbar ta’ tfal matul is-snin bikrin tal-iżvilupp konjittiv, emozzjonali u socjali (Weare, 2000). Għalkemm numru kbir ta’ inizzjattivi, mmirati biex inaqqsu l-problemi ta’ saħħa mentali fl-iskola ġew imwettqa matul dawn l-aħħar għaxar snin, reviżjoni tal-politika nazzjonali edukattiva f’ħafna mill-pajjiżi tal-UE żvelat nuqqas ta’ prijorità fil-benesseri tal-iskejjel kif ukoll nuqqas ta’ programmi komprensivi bbażati fuq evidenza biex jippromwovu s-saħħa mentali fl-iskejjel (Unjoni Ewropeja, 2016).

Għanijiet

L-għanijiet prinċipali tal-proġett PROMEHS huma:

  • biex jipprovdi qafas sistematiku għalll- żvilupp u l- implimentazzjoni ta’ kurrikulu dwar is-saħħa mentali mibni fuq l- evidenza u biex jingħata taħriġ ta’ kwalità għolja lill-edukaturi fl-iskejjel;

  • biex tissaħħaħ is-saħħa mentali tal-istudenti u l-għalliema;

  • biex jaqsam prattici tajbin u suġġerimenti fost l-edikaturi fl-iskejjel, ġenituri, dawk li jfasslu l-politika u sieħba oħra interessati biex jippromwovu s-saħħa mentali fl-iskola;

  • biex integrat PROMEHS fil-politika nazzjonali dwar l-edukazzjoni u s-saħħa;

  • biex jippromwovi innovazzjoni  fil-politika edukattiva b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u internazzjoni;

  • biex jitfassal kurrikulu bbażat fuq l-evidenza dwar is-saħħa mentali fl-iskola.

Il-kurrikulu se jfittex li jtejjeb il-benesseri soċjali u emozzjonali tal-istudenti, se jtejjeb l-attitudni tagħhom dwarhom infushom u lejn oħrajn, u lejn t-tagħlim, kif ukoll se jnaqqas problemi ta’ mġieba u aggressjoni, problemi emozzjonali u ansjetà.

PROHEMS se jkun qed jipprovdi taħriġ ta’ kwalità għolja lil kull membru tal-iskola bħala wieħed mill-iktar fatturi li jħallu impatt fis-saħħa mentali fl-iskola.

Ir -riżultati ta’ dan il-proġett ser sservu bħala bażi għal pjan  ta’ politika nazzjonali edukattiva għall-Istati Membri fuq il-promozzjoni tas-saħħa mentali fl-iskola.

Disinn tar-Riċerka

PROHEMS se jiġi implimentat fi sħubija ma’ sitt pajjiżi (l-Italja, Kroazja, Greċja, Latvja, Portugal u r-Rumanija) bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq it-tfassil u l-implimentazzjoni  ta’ programm ta’ taħriġ fejn se jintuża d-disinn ‘quasi-experimental’. Ir-riċerka tinkludi ġbir ta’ data lonġitudinali matul il-fażijiet ta’ evalwazzjoni li ser jsiru qabel u wara l-implimentazzjoni u ser issir paragun bejn il-grupp sperimentali (dak li jirċievi l-intervent matul it-test ta’ qabel u it-test ta’ wara) u l-grupp ta’ kontroll (dak li jirċievi l-intervent wara t-test). L-impatt tal-kurrikulu PROMEHS fuq is-saħħa mentali tal-istudenti u l-għalliema se jiġi evalwat permezz ta’ paragun bejn ir-riżultati tal-gruppi matul iż-żmien u  bejn il-gruppi.

Il-Kurrikulu

Il-kurrikulu se jkun qed jiġi pprovdut minn għalliema mħarrġa u se jinkludi serje ta’ attivitajiet għall-studenti sabiex isaħħu il-ħiliet personali u interpersonali tagħhom bħal l-għarfien tal-individwu dwaru stess, l-awtoġestjoni,  għarfien soċjali, ħiliet ta’ relazzjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet responabbli, u biex jitnaqqsu problemi ta’ mġieba u imġieba ta’ riskju. Se jkun adattat skont l-iżvilupp b’attivitajiet differenti bbażati fuq etajiet differenti u stadji ta’ żvilupp differenti tat-tfal u taż-żgħażagħ fil-kindergarten, skola primarja u skola sekondarja.